SCP-002 (Maltese)
rating: +1+x
blank.png
800px-SCP002-new.jpg

SCP-002 fiż-żona tat-trażżin tagħha.

Oġġett #: SCP-002

Klassi tal-oġġett: Euclid

Proċeduri tat-trażżin speċjali: SCP-002 irid jibqa mqabbad ma provvista tal-elettriku adegwata il-ħin kollu, biex tinżamm f'dak li jidher li hu stat ta' ċċarġjar. Fil-każ li jinqatgħa d-dawl, il-barriera tal-emerġenza ta' bejn l-oġġett u l-faċilità għandha tingħalaq u ż-żona ta' madwar tiġi evakwata. Meta l-elettriku tal-faċilità jerġa jiġi stabbilit, raġġi tal-X-ray u dawl ultravjola alternati għandhom iteptpu madwar il-post sakemm SCP-002 jerġa jiġi mqabbad mas-sors tal-enerġija u jirritorna għall-istat ta' ċċarġjar. Iż-żona tat-trażżin għandha tinżamm fi stat ta' pressjoni tal-arja negattiva il-ħin kollu.

Timijiet magħmulin minn żewġ (2) nies huma meħtieġa li ikunu 20 metru viċin SCP-002 jew il-post tat-trażżin tagħha. Membri tal-persunal għandhom iżommu l-kuntatt fiżikali ma xulxin il-ħin kollu biex jikkonfermaw li hemm persuna ieħor preżenti, għax il-perċezzjoni jaf tkun imnaqqsa, imħarbta, jew influenzata mill-prossimità mal-oġġett.

L-ebda membru tal-persunal taħt Livell 3 m'huwa permess li jkun viċin SCP-002. Din il-ħtieġa tista' tiġi injorata b'awtorizzazzjoni miktuba mingħand żewġ (2) amministraturi ta Livell 4 barra mis-sit. Membri tal-persunal li ntħarġilhom dan il-permess għandhom ikunu skortati minn għalinqas ħames (5) membri tal-persunal b'Livell tas-sigurta' 3 għat-tul ta' żmien li jagħmlu kuntatt mal-oġġett u jridu jċedu l-grad u l-pożizzjoni tas-sigurta'. Wara li jsir il-kuntatt, membri tal-persunal se jkunu skortati mill-inqas 5 km il-bogħod minn SCP-002 biex jgħaddu minn sebgħa u għoxrin (72) siegħa kwarantina u evalwazzjoni psikoloġika. Jekk jitqiesu xierqa mill-membri tal-persunal tad-diviżjoni psikoloġika biex jirritornaw għall-xogħolhom, il-grad u l-pożizzjoni tas-sigurta' jistgħu jiġu rritornati wara li tispiċċa l-kwarantina.

Deskrizzjoni: SCP-002 tixbah munzell laħam tumuruż b'volum ta' madwar 60 m³ (jew 2000 ft³). Valv tal-ħadid fuq naħa waħda twassal għal ġewwa tal-oġġett, li jidher qishu appartament ta' kera baxxa ta' daqs modest. Fuq ħajt wieħed tal-kamra tinsab tieqa singulari, għalkemm dan il-ftuħ ma jidhirx minn barra tal-oġġett. Il-kamra għandha ġo fiha għamara li, meta tħares lejha f'aktar dettall, tidher li hi għadam skolpit, xagħar miħjut, u diversi sustanzi bijoloġiċi ipproduċuti mill-ġisem uman. Il-materjal kollu li ġie ttestjat s'issa juri sekwenzi tad-DNA indipendenti jew imkissrin għal kull oġġett fil-kamra.

Irreferi għar-Rappurt Mulhausen [cross-ref:document00.023.603] għad-dettalji relatati mal-iskoperta tal-oġġett.

Referenza: S'issa, l-oġġett kien responsabbli għall-għejbien ta seba' membri tal-persunal. Fiż-żmien li għamlet taħt taħt il-kustodja tal-fondazzjoni żiedet ġo fiha żewġ lampi, tapit, televiżjoni, radju, siġġu tal-istil 'bean bag', tliet kotba miktubin b'lingwa mhux magħrufa, erba' ġugarelli tat-tfal, u qasrija żgħira ġo vażun. Testijiet li saru b'varjeta ta' annimali tal-laboratorji inkluż primati inteliġentissimi ma rnexxilhomx jipprovokaw risposta mingħand SCP-002. Kadavri wkoll ma renxxilhomx jipproduċu effett. Hu x'inhu l-proċess li s-suġġett juża biex jikkonverti l-materja organika ġo għamara huwa apparentament iffaċilitat biss bl-introduzzjoni tal-umani ħajjin.

ara r-Rappurt Mulhausen docid:00.023.603

Ir-Rappurt Mulhausen [00.023.603]
Dan li ġej huwa rapport qasir li jiddettalja l-iskoperta ta' SCP-002
Is-suġġett ġie skoprut ġo ħofra żgħira fit-tramuntana tal-Portugal fejn kienet ħabtet mad-Dinja mill-orbita. Magħluqa f'qoxra ta ġebel oħxon, il-barra mlaħħam tal-oġġett kien espost minħabba l-impatt. Bidwi indiġeni inzerta s-sit u rrappurta s-sejba tiegħu lill-kbarat tar-raħal. Is-suġġet kiseb l-attenzjoni tal-SCP meta aġent ta' livell 4 mibgħut fiż-żona ta madwar l-oġġett skopra anomalija radjuattiva żgħira ġġenerata mill-oġġett.
Skwadra tat-tiġbir tal-persunal tas-sigurta' tal-SCP mmexxijja mill-Ġeneral Mulhausen ġie dispaċċ immedjatament fiż-żona fejn huma ssiguraw is-suġġett f'kontenitur kbir malajr u wettqu t-testijiet inizjali b'suġġetti miġburin mir-raħal ta' madwar. Tlett irġiel li ġew mibgħuta individwalment ġol-istruttura sussegwentament sparixxu. Meta skoprew din il-kwalita' perikoluża tas-suġġett, il-Ġeneral Mulhausen ħareġ Ordni tat-Terminazzjoni ta' Livell 4a għal kull xhud (madwar 1/3 tar-raħal) biex jiżgura l-ebda għarfien minn barra tal-oġġett u beda t-trasport lejn SCP faċilita' [DATA EXPUNGED].
Waqt il-preparazzjoni għat-trasport, erba' persunal tas-sigurta' tal-SCP kienu miġbuda lejn ġewwa tal-oġġett bla spjegazzjoni fejn huma wkoll immedjatament sparixxu. Wara l-eżaminazzjoni, l-oġġett deher qisu kien "kabbar" numru kbir ta' għamara kbira u kien qiegħed jibda jidher qisu ġewwa ta' kamra t'appartament. Il-Ġeneral Mulhausen immedjatament ordna r-rekwiżizzjoni t'ammont kbir ta' lbies tal-HAZMAT ta' Klassi III għall-bqija tal-membri tal-grupp tas-sigurta', li pproċedew biex jerfgħu il-kontenitur ġo vapur tal-merkanzija li kien qiegħed jistennihom għat-trasportazzjoni tal-SCP ġo faċilità tat-trażżin.
[INFORMAZZJONI IĊĊENSURATA]
[INFORMAZZJONI IĊĊENSURATA]
Wara t-terminazzjoni tal-Ġeneral Mulhausen, SCP-002 ġie ssigurat mill-ġdid mill-persunal tal-SCP u ġie meħud għat-trażżin speċjali ġo [CLASSIFIED], fejn jinsab bħalissa. Persunal b'permess iżgħar minn Livell 3 ġew miċħuda aċċess għall-kontenitur ta' SCP-002 mingħajr approvazzjoni minn qabel ta' mill-inqas żewġ persunal ta Livell 4 wara r-Rappurt Mulhausen.

Unless otherwise stated, the content of this page is licensed under Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 License