Proċeduri tat-trażżin speċjali: Kull dokument fiżiku li ġie stampat jew komplut u qiegħed jinżamm f'Sit-94 għandu jkun miksi b'folja tal-plastik biex ikun ipproteġut mill-effetti ta' SCP-6255-1, u l-kitba ta' arkivji u dokumenti huwa permess biss bl-użu ta' terminal. Minħabba l-ambjent li jiġru fih l-avvenimenti li għandhom x'jaqsmu ma SCP-6255, SCP-6255 huwa fil-mument preżenti mrażżan minnu nnifshu.

L-uffiċju ta' Dott.Abbett qabel avveniment ta' SCP-6255.
Description: SCP-6255 hija d-designazzjoni mogħtija lil fenomenu li jseħħ fil-konfini ta' Sit-94. Huwa maħsub li SCP-6255 jseħħ mill-inqas żewġ darbiet fil-ġimgħa, imma l-ammont stmat ta' avvenimenti ta' SCP-6255 fil-ġimgħa għadu mhux magħruf. Il-proprjetajiet anomali ta' SCP-6255 jikkonsistu minn manifestazzjoni ta' każ ta' SCP-6255 f'lokazzjoni mhux predeterminata f'Sit-94.
Każijiet ta' SCP-6255 jieħdu l-forma ta' kikkri tal-porċellana li jkollhom fihom diversi likwidi differenti1 u par saqajn taħthom. Wara li jibda avveniment ta' SCP-6255, il-każi ta' SCP-6255 jippruvaw joqorbu lejn l-aktar membru tal-persunal viċin tagħhom, jinklinaw ruħhom, u jferraw l-kontenut tagħhom fuq kwalunkwe ħwejjeġ jew oġġetti li dawn il-membri jkunu qed iġorru2, u wara jeżibixxu messaġġ impinġi b'mod ta' kafkaf fuqhom infushom. Dan il-messaġġ ivarja skont il-kuntest li fih ikun ġara l-avveniment.
Meta każ ta' SCP-6255-1 ikun lesta l-kompitu tiegħu, huwa jieqaf jeżisti malajr kemm jista jkun possibli. Fiż-żmien li qiegħed jinkiteb fih dan id-dokument, 143-il avveniment relatati ma' SCP-6255 ġew irrapurtati b'mezzi ta' sorveljanza minn mindu dawn l-avvenimenti dehru għall-ewwel darba fid-29/07/2021
Informazzjoni supplimentarja: L-informazzjoni li jmiss hija rikordju mhux komprensiva li tinkludi ammont ta' avvenimenti ta' SCP-6255 li ġew irrekordjati fix-xahar ta' Settembru, 2021. Dawn ir-rekordji kollha huma maħżuna fil-kamra tas-sorveljanza ta' Sit-94.
Skoperta: L-attenzjoni tal-Fondazzjoni inġibdet lejn SCP-6255 fid-29/07/2021 ftit wara li każ ta' SCP-6255-1 inġieb mix-xejn fuq il-bank tax-xogħol tar-riċerkatur 'junior' Joseph Faraday u ferra l-likwidi tiegħu3 fuq id-dokument li r-riċerkatur Faraday kien qiegħed jaħdem fuqhu. Wara dan l-avveniment, il-każ ta' SCP-6255-1 ġab mix-xejn nota minn ġewwa tiegħu qabel ma sparixxa:
Ir-riċerkatur 'junior' Joseph Faraday ma ġiex affetwat minn avveniment ta' SCP-6255 minn mindu ġiet skoperta l-anomalija.